Aħbarijiet
L-ewwel ftehim internazzjonali legalment vinkolanti dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (A) ġie ffirmat fil-5 ta’ Settembru 2024 minn għadd ta’ pajjiżi, bil-għan li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt meta jintużaw is-sistemi tal-IA.
Fost il-pajjiżi li nnegozjaw din il-Konvenzjoni, kien hemm is-46 Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, u 11-il Stat mhux Membru, bħall-Ġappun, il-Kanada u l-Istati Uniti tal-Amerika. Is-Soċjetà Ċivili u s-settur privat ipparteċipaw ukoll bħala osservaturi. Wara dan, il-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa adotta l-Konvenzjoni fis-17 ta’ Mejju 2024.
Esperti mill-MDIA irrappreżentaw lil Malta fin-negozjati u qed taħdem ukoll mal-partijiet interessati kollha biex tiffaċilita l-implimentazzjoni effettiva.
Filwaqt li l-Konvenzjoni Qafas tistabbilixxi prinċipji u regoli biex tiżgura li l-attivitajiet fi ħdan iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistemi tal-IA, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll privat, ikunu kompletament konsistenti mad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, din il-Konvenzjoni tħalli f’idejn il-partijiet dwar il-metodu użat biex jaderixxu mal-Konvenzjoni.
Il-pass li jmiss huwa li s-CAI tibda n-negozjati meħtieġa dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tad-Drittijiet tal-Bniedem, id-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt (HUDERIA) li ma torbotx, li l-laqgħat tagħha se jibdew fis-17 ta’ Settembru 2024.

Aqra aktar hawn: https://www.coe.int/en/web/artificial-intelligence/the-framework-convention-on-artificial-intelligence