Aħbarijiet
L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA), fl-ewwel dinja, illum ħarġet l-akkreditazzjoni tal-ewwel Awdituri tas-Sistemi (SAs) li applikaw għar-reġistrazzjoni. L -Awdituri tas-Sistemi approvati se jkunu elenkati fuq il-website uffiċjali tal-MDIA. L-akkreditazzjoni ta’ SAs se sservi bħala siġill ta’ approvazzjoni li jiċċertifika li huma tajbin u xierqa u li għandhom il-ħiliet, l-attitudni u l-kapaċità tekniċi meħtieġa kif ukoll l-esperjenza biex jimmaniġġaw verifiki tas-sistemi relatati ma’ Arranġamenti ta’ Teknoloġija Innovattiva (ITAs).
A SA hija fornitur tas-servizz taħt l-Att dwar l-Arranġamenti u s-Servizzi tat-Teknoloġija Innovattiva (ITAS). L-Awdituri tas-Sistemi Akkreditati se jwettqu reviżjonijiet tas-sistema u se jiżviluppaw opinjoni dwar il-ġestjoni, is-sigurtà u l-korrettezza funzjonali tal-ITAs. L-SAs għandhom jirrispettaw il-linji gwida u l-għanijiet ta’ kontroll li huma ppubblikati mill-MDIA. Dawn l-għanijiet tfasslu bil-għan li jgħinu lill-SA permezz ta' Qafas ta' Verifika għall-ITAs. Barra minn hekk, jibnu fuq ħames prinċipji ewlenin, jiġifieri s-sigurtà, l-integrità tal-ipproċessar, id-disponibbiltà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data personali. Għalkemm mhix obbligatorja, tali ċertifikazzjoni mill-MDIA hija servizz ġdid ipprovdut lill-operaturi li joffri serħan tal-moħħ addizzjonali u ċertifikat minn Awtorità Ewropea rikonoxxuta leġiżlattivament.
L-opinjoni tal-Awdituri tas-Sistemi hija essenzjali biex l-MDIA toħroġ ċertifikazzjoni lill-ITAs. L-applikanti tal-ITA jistgħu javviċinaw l-MDIA, fuq bażi volontarja, biex jiċċertifikaw il-prodotti tagħhom biex jippromwovu li huma tajbin għall-iskop u li jilħqu l-istandards tal-MDIA, Awtorità li hija l-ewwel tax-xorta tagħha. Permezz taċ-ċertifikazzjoni, l-Awtorità għandha l-għan li trawwem użu aktar sigur u tipproteġi lill-utenti ta’ teknoloġija innovattiva, tinkoraġġixxi adozzjoni usa’ u żżid il-prospetti għall-investiment f’teknoloġija innovattiva, u b’hekk toħloq opportunità solida.
Dan huwa pass ieħor biex Malta tiġi pożizzjonata minn ta’ quddiem fl-innovazzjoni teknoloġika u biex jinħoloq ‘cutting edge hub’ għall-ekonomija diġitali.
—ikkummenta s-Sur Stephen McCarthy, CEO tal-MDIA
"L-MDIA se jkollha rwol importanti fit-tnissil ta' fiduċja u ċertezza f'sistemi rregolati minn teknoloġija innovattiva. Filwaqt li llum qed nilnukaw l-ewwel SAs, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed noħorġu SAs akkreditati ulterjuri ladarba naċċertaw li l-applikazzjonijiet pendenti huma kompletament konformi mal-linji gwida li ħriġna f'Novembru. Dan żgur huwa tragward ieħor għal Malta bħala l-gżira blockchain".