Aqbeż għall-kontenut

Aħbarijiet

Tnedija ta’ proċess ta’ konsultazzjoni biex jibdew jirreġistraw fornituri tas-servizz u applikazzjonijiet blockchain

Aħbarijiet

" Pass eqreb biex l-awtorità tibda tirregola t-Teknoloġija DLT ."

– Silvio Schembri

L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA)- nediet proċess ta’ konsultazzjoni biex tibda tirreġistra l-fornituri tas-servizz u biex tiċċertifika l-applikazzjonijiet blockchain .

Il-proċess ta’ konsultazzjoni se jkun maqsum f’erba’ stadji:

  • L-ewwel dokument ta' konsultazzjoni ppubblikat illum jappartjeni għal-Linji Gwida tal-Awditur tas-Sistema. Dawn il-linji gwida jiddeskrivu r-rekwiżiti għall-Awdituri tas-Sistemi rreġistrati mal-Awtorità biex iwettqu awditi dwar l-applikazzjonijiet tal-blockchain.
  • It-tieni dokument ta' konsultazzjoni huwa dwar il-Linji Gwida tal-Arranġament Tekniku Innovattiv li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-Pjattaformi tad-DLT u l-Kuntratti Intelliġenti.
  • It-tielet dokument ta' konsultazzjoni jikkonsisti fil- Linji Gwida tal-Amministratur Tekniku , u jiddeskrivi r-rekwiżiti għall-entità responsabbli biex iżżomm u tissorvelja l-Arranġamenti Teknoloġiċi biex tissalvagwardja l-protezzjoni tal-utent .
  • Fl-aħħar nett, ir-raba’ dokument ta’ konsultazzjoni għandu x’jaqsam mal- Linji Gwida għall-Aġenti Residenti , li jobbligaw kumpaniji/individwi mhux Maltin biex jingaġġaw persuna residenti f’Malta għall-operat tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, Silvio Schembri , qal li “il-linji gwida li issa qegħdin għall-konsultazzjoni se jistabbilixxu s-sisien biex il-kliem jitwettaq biex dan ir-regolatur ġdid jibda jopera b’mod effettiv.

 -Bħala Gvern lesti nisimgħu dak li għandu xi jgħid il-pubbliku u determinati li nsaħħu dak li ġie ppreżentat għall-ġid ta’ kulħadd.”

Il-Kap Eżekuttiv għall-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali Stephen McCarthy , qal li “il-linji gwida se jistabbilixxu l-mod ta’ ħidma u l-benchmarks propost għall-Awdituri tas-Sistemi, Amministraturi Tekniċi, Aġenti Residenti u għaċ-ċertifikazzjoni tal-Arranġamenti Innovattivi tat-Teknoloġija.

Bla dubju, l-introduzzjoni ta’ dawn il-linji gwida se tkun tragward ieħor biex Malta tiġi stabbilita bħala l-gżira blockchain.”

Matul dan il-proċess estensiv ta' konsultazzjoni, l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali se tkun qed tfittex feedback dwar kull kapitlu. Id-dokumenti jistgħu jiġu aċċessati minn www.mdia.gov.mt.

Ixxerja l-Post

#MDIATalent

Qabbad it-talent diġitali tiegħek max-xena ta' innovazzjoni b'saħħitha ta' Malta permezz tal-MDIATalent.

MDIATalent jappoġġja t-tkabbir tas-settur tal-innovazzjoni diġitali ta' Malta billi jgħaqqad individwi tas-sengħa ma' opportunitajiet rilevanti mal-MDIA.