Strateġija u Viżjoni għall-IA f'Malta 2030
Strateġija Nazzjonali tal-IA u Allinjament mill-ġdid tal-Viżjoni
Malta kienet fost l-ewwel pajjiżi li nedew strateġija nazzjonali tal-IA fl-2019, bil-għan li tmexxi 'l quddiem l-adozzjoni, l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku filwaqt li tippromwovi l-użu sikur u etiku tal-IA. Minn dakinhar 'l hawn sar progress sinifikanti, iżda żviluppi teknoloġiċi, regolatorji u soċjetali rapidi enfasizzaw il-ħtieġa li l-viżjoni ta' Malta għall-IA tiġi allinjata mill-ġdid.
L-istrateġija riallinjata titbiegħed minn approċċ li jiffoka fuq it-teknoloġija l-ewwel, u tpoġġi l-benesseri tas-soċjetà u s-sostenibbiltà fil-qalba tagħha. Il-viżjoni ta' Malta hija li toħloq ekosistema tal-IA affidabbli li tippromwovi l-benesseri tas-soċjetà, il-progress soċjali u ekonomiku inklużiv, u s-sostenibbiltà.
L-Istrateġija Nazzjonali tal-IA riallinjata issa ġiet ippubblikata.
Strateġiji tal-IA Preċedenti